My Exams


AQA u Edexcel London – Ġunju 2024

Reġistrazzjonijiet onlajn: 08/01/2024 – 15/01/2024

Addizzjonali/kanċella/emendi: 18/01/2024 u 19/01/2024

Reġistrazzjonijiet tard onlajn: 04/03/2024 u 05/03/2024

Arranġamenti addizzjonali: 08/01/2024 – 19/01/2024

Telt Marzu 2024

Reġistrazzjonijiet onlajn: 05/02/2024 – 23/02/2024


Telt Marzu 2024

Applikazzjonijiet għas-sessjoni ta’ Marzu 2024 jiġu aċċettati onlajn mit-Tnejn 5 ta’ Frar sal-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024.

L-eżami tal-kitba ser isir is-Sibt 16 ta’ Marzu 2024.


Post ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta

Is-sejħa għall-post ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta hija miftuħa sal-17:15 (Ħin Ċentrali Ewropew) tad-19 ta’ Jannar 2024. Applikanti prospettivi huma mitluba li jaraw b’attenzjoni ir-rekwiżiti tal-eliġibilità u jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online fuq https://recruitment.gov.mt

Għal din l-applikazzjoni, trid titħallas miżata tal-eżami mhux rifondibbli ta’ €9.30.

FAQs


L-Eżamijiet tal-Edexcel London Ġunju 2024

Applikazzjonijiet għas-sessjoni ta’ Ġunju 2024 jiġu aċċettati onlajn mit-Tnejn 8 ta’ Jannar sat-Tnejn 15 ta’Jannar 2024.

Talbiet għal kwalunkwe addizzjonijiet/kanċellazzjonijiet/emendi fl-applikazzjoni jiġu aċċettati b’imejl fuq raiza.mizzi@gov.mt bejn it-18 u 19 ta’ Jannar 2024. Reġistrazzjonijiet Tard ser jiġu aċċettati ONLAJN bejn l-4 u l-5 ta’Marzu 2024. Japplikaw ħlasijiet għal reġistrazzjonijiet li jsiru tard.

Arranġamenti Addizzjonali jiġu aċċettati mit-Tnejn 8 ta’Jannar sal-Ġimgħa 19  ta’ Jannar 2024.

Ikklikja hawn sabiex tara r-rati ta’ ħlas



Eżami għall-Applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni għal persuni li jagħmlu installazzjoni tal-Elettriku skont ir-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi (L.S. 545.24) –Frar 2024

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet u l-Bord tal-Eżamijiet Pubbliċi Lokali jgħarrfu li l-eżamijiet għall-ħruġ ta’ Awtorizzazzjoni ‘A’ u ‘B’ għas-sessjoni ta’Frar 2024 ser isiru bejn

It-Tnejn 5 ta’ Frar 2024 u l-Ħamis 8 ta’ Frar 2024.

L-Eżami Prattiku u l-Intervista ser isiru bejn it-Tnejn 8 t’April 2024 u s-Sibt 20 t’April 2024.

Il-kandidati jistgħu japplikaw onlajn bejn it-Tnejn 13 ta’ Novembru 2023 u l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2023.

Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.

Agħfas hawn biex tniżżel-l-avviż mill-Gazzetta tal-Gvern.

Għal aktar informazzjoni, ibgħatu email fuq myexams@gov.mt


Sejħa ta’ Interess għal Invigilators

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni qed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li jixtiequ jservu bħala Invigilators fiċ-ċentri tal-eżamijiet waqt l-eżamijiet tal-MATSEC, eżamijiet lokali, u eżamijiet oħrajn ta’ bordijet barranin.

Applikanti prospettivi meħtieġa jkollhom ħiliet fl-użu tal-kompjter. L-applikanti jridu jippreżentaw ċertifikat tal-kondotta li jkun inħareġ sa mhux aktar minn tlett (3) xhur qabel l-applikazzjoni.

Edukaturi li rtiraw, kif ukoll amministraturi tal-iskejjel u studenti f’livell terzjarju huma mħeġġa li japplikaw. Is-sessjonijiet ta’ inviġilazzjoni jistgħu jkunu filgħodu u/jew waranofsinhar u l-applikanti jistgħu jaħdmu b’mod flessibbli skont il-ħin u d-disponibilta` tagħhom. L-applikanti b’esperjenza ta’ edukaturi bħal għalliema, LSE, KGE u oħrajn jistgħu jiġu assenjati rwoli oħra bħala reader, prompter jew scribe, skont l-eżiġenzi tad-Dipartiment.

L-applikanti li jintgħażlu jingħataw it-taħriġ meħtieġ.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi onlajn flimkien ma’ CV u kondotta tal-pulizija fuq il-websajt tad-Dipartiment tal-Eżamijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu sas-Sibt 30 ta’ Diċembru 2023. Wara din id-data l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċettati wkoll, iżda l-ewwel preferenza tingħata lil dawk li jkunu applikaw sad-data tal-għeluq.

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet, l-applikanti jistgħu jikkuntattjaw lid-Dipartiment tal-Eżamijiet b’email fuq myexams@gov.mt.

Applikanti interessati jkunu jafu iktar informazzjoni fuq l-irwoli ta’ invigilators, jista` jara min hawn.


Formoli oħra:

Għal Ċertifikat Proviżorju / Eżamijiet Tat-Tagħlim Tul Il-Ħajja ICDL, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.