My Exams

Indirizz: Edexcel International, 190 High Holborn, London, WC1V 7BH, UK

Tel: 00356 2598 2952

Websajt: https://qualifications.pearson.com/en/home.html

Applikazzjonijiet għas-sessjoni ta’ Ottubru/Novembru 2024 jiġu aċċettati onlajn mit-Tnejn 29 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 2 t’Awwissu 2024.

Talbiet għal kwalunkwe addizzjonijiet/kanċellazzjonijiet/emendi fl-applikazzjoni jiġu aċċettati b’imejl fuq raiza.mizzi@gov.mt bejn il-5 u 6 t’Awwissu 2024. Reġistrazzjonijiet Tard ser jiġu aċċettati ONLAJN bejn is-26 u s-27 t’Awwissu 2024. Japplikaw ħlasijiet għal reġistrazzjonijiet li jsiru tard.

Arranġamenti Addizzjonali jiġu aċċettati mit-Tnejn 29 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 9  t’Awwissu 2024.

Ikklikja hawn sabiex tara r-rati ta’ ħlas

Jekk inti kandidat li għaddejt u trid tiġbor iċ-ċertifikat tiegħek, ikkuntattjana.

Il-kandidati huma mfakkra li ċ-ċertifikati jistgħu jinġabru biss mal-preżentazzjoni tal-karta tal-identità u l-karta tar-riżultat. Jekk iċ-ċertifikat jinġabar mill-ġenitur/kustodju tal-kandidat, kemm il-karta tal-identità tal-ġenitur/kustodju kif ukoll dik tal-kandidat għandhom jiġu ppreżentati.

L-eżamijiet tal-Edexcel London joffru Eżamijiet tal-Edukazzjoni Ġenerali ta’ suġġetti fil-Livell Ordinarju u Avvanzat. L-Eżamijiet fil-Livell Ordinarju u dak Avvanzat isiru f’Mejju/Ġunju, filwaqt li jkun hemm firxa limitata ta’ suġġetti li jsiru ukoll f’Jannar.

L-Eliġibbiltà tal-Kandidati

Suġġetti li jinvolvu komponent ta’ coursework jew komponenti prattiċi mhumiex disponibbli għal kandidati f’Malta u Għawdex.

Il-kandidati jistgħu japplikaw għall-eżamijiet jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikunu temmew il-Year 11, jiġifieri l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom. Biex jikkonferma dan, il-Kap tal-Iskola jrid jiffirma u jittimbra l-formola tal-applikazzjoni tal-kandidat.

JEW

ikunu għalqu s-16-il sena sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet jew qabel.

Ktejjeb dettaljat tas-sillabi għas-suġġetti fil-Livell Ordinarju u Avvanzat huwa aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Edexcel fuq:
https://qualifications.pearson.com/en/home.html


 


GDPR
Attachment size: 251 KB