My Exams

Id-Dipartiment jieħu l-protezzjoni tad-dejta b’serjetà kbira u jagħmel ħiltu kollha biex jiżgura li d-dejta personali kollha tkun protetta permezz ta’ proċessi li huma intenzjonati li jżommu d-dejta personali privata u sikura. L-ipproċessar ta’ dejta personali, bħalma huma l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika jew in-numru telefoniku tas-suġġett tad-dejta għandu jkun dejjem skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (GDPR). Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni qed ninfurmaw lill-viżitaturi ta’ din il-websajt dwar in-natura, l-ambitu u l-għan tad-dejta personali li aħna niġbru, nużaw u nipproċessaw. Barra minn hekk, is-suġġetti tad-dejta jiġu infurmati, permezz ta’ din id-dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, dwar id-drittijiet li għalihom ikunu intitolati.

Il-Kontrollur tad-Dejta

Bħala l-Kontrollur tad-Dejta, aħna nieħdu l-miżuri tekniċi u organizzativi kollha sabiex niżguraw li d-dejta personal kollha tiġi pproċessata bl-iktar mod korrett u sħiħ. Għall-finijiet tal-GDPR u dispożizzjonijiet oħra relatati mal-protezzjoni tad-dejta, il-Kontrollur tad-Dejta jista’ jiġi kkuntattjat fuq:

Permezz tal-email: myexams@gov.mt
Permezz tat-telefown: +356 2598 2958

Il-ġbir ta’ informazzjoni

Aħna niġbru, naħżnu u nużaw dawn it-tipi ta’ dejta personali li ġejjin:

  1. Aħna nistgħu niġbru informazzjoni dwar il-kompjuter tiegħek u ż-żjajjar tiegħek għal din il-websajt bħalma huma l-indirizz tal-IP, il-lokazzjoni ġeografika, it-tip ta’ browser, is-sors ta’ riferiment, it-tul taż-żjara u n-numru ta’ paġni li tkun żort. Aħna nistgħu nużaw din l-informazzjoni fl-amministrazzjoni ta’ din il-websajt sabiex intejbu l-użu tal-websajt kif ukoll għal finijiet ta’ reklamar.
  2. L-informazzjoni li inti tagħtina għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni magħna u/jew biex tissottoskrivi ruħek għas-servizzi onlajn tagħna u/jew għal notifikazzjoni bl-email.

L-użu tal-cookies

Din il-websajt tuża l-cookies. Cookie huwa text file li jintbagħat minn web server għal web browser, u jiġi maħżun mill-browser. It-text file imbagħad jintbagħat lura lis-server kull darba li l-browser ikun jirrikjedi paġna mis-server. Dan jippermetti li l-web server ikun jista’ jidentifika u jsib il-web browser.

Aħna nistgħu nibgħatulek cookie li jista’ jinħażen mill-browser tiegħek fuq il-hard drive tal-kompjuter tiegħek. Aħna nistgħu nużaw l-informazzjoni li niksbu mill-cookie fl-amministrazzjoni ta’ din il-websajt, biex intejbu l-użu tagħha u għal finijiet ta’ reklamar. Aħna nistgħu wkoll nużaw din l-informazzjoni sabiex nirrikonoxxu l-kompjuter tiegħek meta żżur il-websajt tagħna, u biex nippersonalizzaw il-websajt tagħna għalik b’ċerti modi.

Ħafna mill-browsers jippermettu li inti tkun tista’ taċċetta jew tirrifjuta cookies. Pereżempju, f’Internet Explorer inti tista’ tiċħad il-cookies kollha billi tikklikkja fuq Tools, Internet Options, Privacy, u tagħżel Block all cookies billi tuża s-sliding selector. Dan jista’, madankollu, ikollu impatt negattiv fuq l-użu ta’ ħafna websajts, inkluż din.

L-użu ta’ dejta personali

Dejta personali li tkun sottomessa fuq din il-websajt tintuża għall-għanijiet speċifikati f’din il-politika dwar il-privatezza jew f’partijiet rilevanti oħra tal-websajt. Barra l-użi identifikati mkien ieħor f’din il-politika dwar il-privatezza, aħna nistgħu nużaw l-informazzjoni personali tiegħel biex:

  1. intejbu l-esperjenza ta’ bbrawsjar tiegħek billi tippersonalizza l-websajt;
  2. nibgħatulek informazzjoni li naħsbu li tista’ tkun ta’ interess għalik bil-posta, bl-email jew permezz ta’ teknoloġija simili;
  3. nibgħatulek materjal dwar is-servizzi tagħna (jew is-servizzi ta’ partijiet terzi magħżulin bir-reqqa) li aħna nħossu li jistgħu jkunu ta’ interess għalik bil-posta jew, fejn inti tkun speċifikament tajt il-kunsens tiegħek, permezz tal-email jew ta’ teknoloġija simili (inti tista’ tinfurmana fi kwalunkwe mument jekk ma tkunx tixtieq tibqa’ tirċievi dan il-materjal billi tibgħatilna email).
  4. infornu lil kumpaniji oħra bi statistika dwar l-utenti tagħna, iżda din l-informazzjoni ma tintużax biex nidentifikaw utenti individwali.

Id-drittijiet tiegħek

Bħala s-suġġett tad-dejta, il-GDPR jagħtik id-drittijiet li ġejjin:

  1. Id-dritt li tkun infurmat
  2. Id-dritt tal-aċċess
  3. Id-dritt għar-rettifikazzjoni
  4. Id-dritt għat-tħassir
  5. Id-dritt għal proċessar ristrett
  6. id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta
  7. Id-dritt li toġġezzjona
  8. Drittijiet fir-rigward ta’ teħid ta’ deċiżjoni u profil awtomatizzat.

Żvelar ieħor

Barra mill-iżvelar meħtieġ b’mod raġonevoli għall-finijiet identifikati mkien ieħor f’din il-politika dwar il-privatezza, aħna nistgħu niżvelaw informazzjoni dwarek sakemm dan ikun meħtieġ fil-parametri tal-liġi minħabba proċeduri legali jew proċedimenti legali prospettivi. Kif previst f’din il-politika dwar il-privatezza aħna ma ngħaddux l-informazzjoni tiegħek lil terzi partijiet.

Trasferiment ta’ dejta f’livell internazzjonali

L-informazzjoni li aħna niġbru tista’ tinħażen u tiġi pproċessata fi u ttrasferita bejn dawk il-pajjiżi li fihom aħna noperaw sabiex inkunu nistgħu nużaw din l-informazzjoni skont din il-politika dwar il-privatezza.

Is-sigurtà ta’ dejta personali

Aħna nieħdu l-prekawzjonijiet reġonevoli kollha biex nevitaw it-telfien ta’, l-abbuż ta’ jew il-bdil fl-informazzjoni personali tiegħek. Mingħajr dubju, it-trażmissjoni ta’ dejta permezz tal-internet mhix sikura, u ma nistgħux niggarantixxu s-sigurtà tad-dejta li tintbagħat permezz tal–internet.

Emendi fil-politika

Aħna nistgħu naġġornaw din il-politika dwar il-privatezza minn żmien għal żmien billi nippubblikaw verżjoni aġġornata tagħha fuq il-websajt tagħna. Jekk tkun trid, tista’ faċilment tivverifika din il-paġna minn żmien għal ieħor biex tiżgura li tkun sodisfatt b’dawn l-emendi.

Websajts ta’ partijiet terzi

Din il-websajt tista’ tinkludi links għal websajts oħrajn. Aħna m’aħniex responsabbli għal politiki dwar il-privatezza jew il-kontenut ta’ websajts ta’ partijiet terzi.

Mistoqsijiet dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali jistgħu jiġu indirizzati fuq myexams@gov.mt

Ikkuntattjana:
Email: myexams@gov.mt
Telefown: +356 2598 2958