My Exams

Dati tar-Reġistrazzjoni

SLSE Novembru 2026

Reġistrazzjonijiet online: 25/09/2026 – 09/10/2026

TELT Novembru 2026

Reġistrazzjonijiet online: 05/10/2026 – 23/10/2026

Ara iktar dettalji hawn taħt


Ċertifikati Proviżorji (Eżamijiet ta’ Bordijiet Barranin)

Kull meta jintilef ċertifikat, individwu li poġġa għal eżami f’Malta jew Għawdex jista’ jimla l-formola biex japplika għal Ċertifikat Proviżorju. Dan is-servizz japplika għall-bordijiet tal-eżamijiet li huma:

  • Edexcel / Università ta’ Londra;
  • AQA (Assessment & Qualifications Alliance) / AEB (Associated Examining Board);
  • Università ta’ Oxford għas-snin bejn l-1964 u l-1999 u
  • City & Guilds għas-snin bejn l-1968 u l-1995.

Iċ-Ċertifikat jiġi pprovdut mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fi żmien 5 ijiem tax-xogħol, hekk kif nirċievu l-informazzjoni meħtieġa u korretta.

Sabiex tapplika, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.


Iktar Informazzjoni rigward Reġistrazzjonijiet

Sejħa ta’ Interess għal Servizzi ta’ Invigilation fiċ-Ċentri tal-Eżamijiet f’Malta u Għawdex

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport qed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li jixtiequ joffru servizz ta’ Invigilator waqt l-eżamijiet tal-MATSEC, u/jew eżamijiet pubbliċi lokali, u/jew eżamijiet ta’ bordijet barranin.

Applikanti prospettivi għandhom ikunu għalqu t-18-il sena sal-1 ta’ Jannar 2027, u ma jkunux għalqu t-78 sena sal-31 ta’ Diċembru 2027. Applikanti prospettivi għandu jkollhom ħiliet bażiċi fl-użu tal-kompjuter.

Amministraturi tal-iskejjel, kif ukoll studenti jew gradwati f’livell terzjarju u edukaturi li rtiraw, huma mħeġġa li japplikaw. Is-sessjonijiet ta’ invigilation jistgħu jkunu filgħodu u/jew waranofsinhar u l-applikanti jistgħu jaħdmu b’mod flessibbli skont il-ħin u d-disponibiltà tagħhom.

L-applikanti li jintgħażlu jingħataw it-taħriġ mandatorju.

Persuni interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online flimkien ma’ CV u ċertifikat tal-kondotta tal-pulizija (li jkun inħareġ sa mhux aktar minn tliet (3) xhur qabel l-applikazzjoni).

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu sa nofsinhar (Ħin Ċentrali Ewropew) tat-Tnejn l-1 ta’ Marzu 2027.

Ninkoraġġixxu lill-applikanti interessati sabiex jaqraw dwar l-irwoli, id-dmirijiet, u r-rata tal-ħlas tal-invigilator hawnhekk.

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet, l-applikanti huma mħeġġa jikkuntattjaw lid-Dipartiment tal-Eżamijiet permezz tal-email fuq myexams@gov.mt .


TELT Novembru 2026

Applikazzjonijiet għas-sessjoni ta’ Novembru 2026 jiġu aċċettati online mit-Tnejn 5 ta’ Ottubru 2026 sal-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru 2026.

L-eżami tal-kitba ser isir is-Sibt 14 ta’ Novembru 2026.


L-Eżamijiet ta’ Kwalifikazzjoni għal Learning Support Educators Supplimentari – Novembru 2026

Applikazzjonijiet għas-sessjoni ta’ Novembru 2026 jiġu aċċettati online mill-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2026 sal-Ġimgħa 9 t’Ottubru 2026.

L-eżamijiet tal-kitba ser isiru:

DataSuġġett
It-Tnejn 2 ta’ Novembru 2026Malti
It-Tlieta 3 ta’ Novembru 2026Ingliż
Il-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2026Matematika

Eżamijiet tal-Edexcel u Bordijiet Barranin li jkunu skedati fl-istess ħin bħal eżamijiet tal-MATSEC

Wara l-implimentazzjoni ta’ proċeduri riveduti u protokolli ta’ sigurtà msaħħa, id-Dipartiment tal-Eżamijiet jixtieq jinforma lill-kandidati prospettivi kollha li, minn Jannar 2026, mhux se jakkomoda każijiet fejn eżamijiet tal-Edexcel u Bordijiet Barranin ikunu skedati fl-istess ħin bħal eżamijiet tal-MATSEC.

Huwa rakkomandat li kandidati prospettivi jirreferu għall-iskedi uffiċjali rilevanti tal-eżamijiet, li jinsabu fuq https://myexams.gov.mt/mt/timetables/, qabel ma jirreġistraw.


L-Eżamijiet tal-Edexcel Ottubru/Novembru 2026

Applikazzjonijiet għas-sessjoni ta’ Ottubru/Novembru 2026 ġew aċċettati ONLINE mit-Tnejn 20 ta’ Lulju sat-Tnejn 27 ta’ Lulju 2026.

*Talbiet għal kwalunkwe addizzjonijiet/kanċellazzjonijiet/emendi fl-applikazzjoni ġew aċċettati bl-email fuq raiza.mizzi@gov.mt bejn it-30 u 31 ta’ Lulju 2026.

Reġistrazzjonijiet Tard ġew aċċettati ONLAJN bejn is-7 u l-10 ta’ Awwissu 2026. Hemm ħlasijiet oħra (doppji)għal reġistrazzjonijiet li jsiru tard.

Reġistrazzjonijiet Tard Ħafna ġew aċċettati ONLAJN bejn it-28 u l-31 ta’ Awwissu 2026. Hemm ħlasijiet oħra (tripli) għal reġistrazzjonijiet li jsiru tard ħafna.

**Arranġamenti għall-Aċċess ġew aċċettati mit-Tnejn 20 ta’ Lulju 2026 u sat-Tnejn 10 ta’ Awwissu 2026. Il-formola tal-applikazzjoni mimlija u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għandhom jintbagħtu bl-email lis-Sa Raiza Pisani fuq raiza.mizzi@gov.mt. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

Ikklikja hawn għall-miżati tal-Edexcel

Ikklikja hawn għall-miżati tat-tard tal-Edexcel

Ikklikja hawn għall-miżati tat-tard ħafna tal-Edexcel

Il-kandidati li stennew ir-riżultati tas-sessjoni ta’ Mejju/Ġunju xorta setgħu japplikaw għas-sessjoni ta’ Ottubru/Novembru matul il-perjodu ta’ reġistrazzjoni.

Jekk il-kandidat ikun kiseb grad ta’ suċċess fis-sessjoni ta’ Mejju/Ġunju, huwa seta’ jikkanċella l-applikazzjoni tiegħu għas-sessjoni ta’ Ottubru/Novembru u tingħata rifużjoni billi jibgħat email lil raiza.mizzi@gov.mt. Mal-email għandha tiġi mehmuża kopja tal-islip tar-riżultati li turi li l-kandidat kiseb grad ta’ suċċess.



Eżami għall-Applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni għal persuni li jagħmlu installazzjoni tal-Elettriku skont ir-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi (L.S. 545.24) – Jannar/Frar 2027

Is-sessjoni li jmiss għall-eżamijiet tal-Awtorizzazzjoni A u B ser issir f’Jannar/Frar 2027, u l-applikazzjonijiet jiftħu f’Novembru 2026.

Għal aktar informazzjoni, ibgħatu email fuq myexams@gov.mt



 


Invigilators Banner Mlt – 2027
Attachment size: 1 MB