My Exams

Arranġamenti Addizzjonali għall-MATSEC

Jekk teħtieġ arranġamenti addizzjonali, jekk jogħġbok niżżel il-formola minn:

https://www.um.edu.mt/matsec/Access

Il-formoli mimlija għandhom jiġu ppreżentati fl-Uffiċċju tal-MATSEC, fl-Università ta’ Malta jew fiċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Għawdex.

Applikazzjonijiet tard għall-Arranġamenti Addizzjonali għall-Eżamijiet jiġu aċċettati biss mar-reġistrazzjonijiet li jsiru tard fl-Uffiċċju tal-MATSEC jew fiċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Għawdex. Jiġu applikati ħlasijiet għal sottomissjonijiet li jsiru tard.

Applikazzjonijiet għall-Arranġamenti Addizzjonali għall-Eżamijiet li jsiru wara jiġu aċċettati. Jiġu applikati ħlasijiet għal dawn is-sottomissjonijiet li jsiru tard ħafna.

Arranġamenti Addizzjonali għall-Eżamijiet tal-EDEXCEL u l-AQA

Jekk teħtieġ applikazzjoni għal kandidat b’diżabbiltà, jekk jogħġbok imla din il-formola. Għandha tiġi mehmuża l-evidenza medika mal-formola.

Jekk teħtieġ applikazzjoni għal kandidat b’diffikultajiet fit-tagħlim, jekk jogħġbok niżżel dan id-dokument. Il-formola għandha timtela, tiġi ffirmata u approvata mill-iskola. Din il-formola għandha tiġi ppreżentata flimkien mal-formola tal-Personal Data Consent from Examination Candidate .

Il-formola għandha timtela kif ġej:

L-ewwel parti u t-tielet parti għandhom jimtlew, jiġu ffirmati u approvati mill-iskola. It-tieni parti għandha timtela, tiġi ffirmata u approvata minn speċjalista.

Il-formola mimlija trid tintbagħat b’imejl lil Sra Raiza Pisani fuq raiza.mizzi@gov.mt sa mhux aktar tard mid- 19 ta’Jannar 2024. Applikazzjonijiet tard għal Arranġamenti Addizzjonali għall-Eżamijiet ma jiġux aċċettati ma’ reġistrazzjonijiet li jsiru tard għas-sessjoni tal-eżami ta’ Mejju/Ġunju.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Dipartiment tal-Eżamijiet fuq 2598 2952.

Regolamenti u Gwida

Jekk teħtieġ gwida dwar liema formola għandek timla u kif, jekk jogħġbok ikklikkja hawn:

Access Arrangements and Reasonable Adjustments 2023 – 2024


 


JCQ-Form-8_2019-20-v2
Attachment size: 331 KB
Data Protection Notice JCQ
Attachment size: 24 KB
Profile of learning difficulties
Attachment size: 339 KB