My Exams

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jikkonsisti minn dawn is-sezzjonijiet li ġejjin: 

Kull taqsima hija amministrata minn Kap tat-Taqsima, ġeneralment fil-grad ta’ Prinċipal jew Prinċipal Anzjan.

Fil-preżent, id-Dipartiment tal-Eżamijiet għandu sebgħa u għoxrin impjegat. Aħna impenjati li nipprovdu l-aqwa servizz u appoġġ possibbli lill-klijenti tagħna f’Malta u Għawdex.

Is-Sezzjoni tal-Eżamijiet Pubbliċi Lokali

Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss

1. X’inhuma l-eżamijiet pubbliċi lokali?

Ir-Reġistratur tal-Eżamijiet jikkoordina, kompletament jew parzjalment, it-tmexxija tal-proċessi tal-eżamijiet relatati ma’ pożizzjonijiet pubbliċi, liċenzji u ċertifikazzjoni oħra kif ġej:

St. Elmo Examinations Centre, Valletta
  • Awtorizzazzjoni għall-Installazzjonijiet Elettriċi A u B
  • Messaġġiera tal-Qorti (Malta u Għawdex)
  • Assistent tad-Dwana
  • Uffiċjal tad-Dwana
  • Gradi fis-Sevizz Ġenerali (Skrivan, Uffiċjal Eżekuttiv, Assistent Prinċipal, Prinċipal, Prinċipal Anzjan)
  • Suldat Regolari mal-Forzi Armati ta’ Malta
  • Second Secretary mas-Servizzi Diplomatiċi
  • Security Guard
  • Test for English Language Teachers (ELT)

L-eżamijiet t’hawn fuq isiru taħt l-awspiċi u l-gwida tal-Bord tal-Eżamijiet Pubbliċi Lokali, ħlief għall-eżami TELT li jsir taħt l-awspiċi tal-Kunsill tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża (ELTC).

2. Min jista’ japplika?

Uffiċjali pubbliċi u l-pubbliku ġenerali, skont jekk is-sejħa għall-applikazzjonijiet hijiex maħruġa bħala sejħa għas-servizz kollu jew sejħa pubblika.

3. Kif nista’ napplika?

Applikazzjonijiet onlajn tipikament jittellgħu fuq il-portal tar-reklutaġġ tal-MFED fuq: https://edurecruitment.gov.mt. Dawn l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi permezz tal-portal online u għandhom jinkludi kopji skannjati ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa. Fil-każ tal-eżami għall-Għalliema tal-EFL, dan jista’ jsir permezz tal-Examination Management System (EMS) mis-sit https://myexams.gov.mt. Ta’ min jinnota li fil-preżent, l-EMS taċċetta biss kandidati li għandhom e-ID Maltija valida. Kandidati barranin li għandhom permess ta’ residenza huma wkoll intitolati għal e-ID Maltija u huma mħeġġa japplikaw online. Kull applikant ieħor jeħtieġ li jissottometti l-applikazzjoni tiegħu b’mod manwali. F’dawn il-każijiet, il-persuna li qed tapplika għandha tikkuntattjana.

4. Kemm irrid inħallas?

Għandha tkun ikkonsultata s-sejħa speċifika tal-eżamijiet li wieħed ikun se japplika għalihom fir-rigward tal-ħlasijiet applikabbli.

5. Nista’ napplika għall-arranġamenti addizzjonali?

Iva — jekk għandek xi kundizzjoni ta’ tagħlim/fiżika li tħoss li għandha tintitolak għal kwalunkwe arranġament addizzjonali speċjali, inti tista’ tapplika u tirċievi aktar gwida dwar dan. Kull talba għall-arranġamenti addizzjonali għandha ssir permezz tal-formola disponibbli fuq https://myexams.gov.mt.

6. X’se nkun qed nieħu minn dan is-servizz?

Permezz ta’ dan is-servizz, il-kandidati jingħataw l-opportunità li japplikaw għal Eżamijiet Pubbliċi Lokali. Meta applikazzjoni tiġi sottomessa b’suċċess, l-applikanti jingħataw konferma ta’ dan u, fil-każ ta’ ħlas, jingħataw irċevuta.

7. Meta nirċievi t-timetable tal-eżami u r-riżultati tiegħi?

Aħna nfittxu li dejjem nipprovdu t-timetables tal-eżamijiet u r-riżultati lill-kandidati fl-iqsar żmien possibbli. Meta dawn jintbagħtu lill-kandidati, tiġi wkoll ippubblikata notifika fil-Gazzetta tal-Gvern. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok iktbilna fuq http://myexams@gov.mt.

8. X’għandi nagħmel jekk ma nkunx sodisfatt bir-riżultat li ngħatajt?

Fil-każ tal-biċċa l-kbira tal-eżamijiet li jsiru bil-miktub, il-kandidati jistgħu japplikaw għal reviżjoni tal-karta fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievu r-riżultat jekk ma jkunux sodisfatti bir-riżultat. Dan ma japplikax fil-każ ta’ testijiet awtomatizzati bħat-Test tal-Abbiltà Ġenerali.

Japplika ħlas għal talbiet għar-reviżjoni tal-karta.

Is-Sezzjoni tal-Eżamijiet Barranin u Petty Examinations

Mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss

1. X’inhuma l-eżamijiet barranin?

Bħala ċentru tal-eżamijiet liċenzjat, id-Dipartiment tal-Eżamijiet jaġixxi f’isem diversi bordijiet tal-eżamijiet barranin biex jiżgura t-tmexxija tal-eżamijiet barranin u l-petty examinations. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

2. Min jista’ japplika?

L-eżamijiet imsemmija hawn fuq huma tipikament miftuħa għall-pubbliku ġenerali, jew għal persuni li diġà għaddejjin minn kors speċifiku.

Fil-każ tal-Edexcel IGCSE, il-kandidati:

(a) iridu jkunu temmew il-ħames sena tal-edukazzjoni sekondarja tagħhom (Sena 11) — fil-każ ta’ applikazzjonijiet manwali, il-formola għandha tkun ittimbrata u ffirmata mill-Kap tal-Iskola;

jew

(b) iridu jkunu għalqu s-16-il sena sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.

Fil-każ tal-London Degree International Programme, dan is-servizz huwa maħsub għal dawk li jixtiequ japplikaw għall-eżamijiet relatati mal-University tal-London International Programme.

3. Kif nista’ napplika?

Id-dettalji kollha huma disponibbli fuq http://www.servizz.gov.mt

L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru onlajn jew b’mod manwali, skont il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-Bord tal-eżami rispettiv. Applikazzjonijiet onlajn jiġu mtella’ fuq l-Examinations Management System (EMS) disponibbli fuq: https://myexams.gov.mt u, fil-każ tal-London Degree International Programme, l-applikazzjonijiet jiġu mtellgħin fuq il-portal tar-reklutaġġ tal-MFED fuq https://edurecruitment.gov.mt. Ta’ min jinnota li bħalissa, l-EMS taċċetta biss kandidati li għandhom e-ID Maltija valida. Kandidati barranin li għandhom permess ta’ residenza huma wkoll intitolati għal e-ID Maltija u huma mħeġġa japplikaw onlajn. Kull applikant ieħor jeħtieġ jissottometti applikazzjoni b’mod manwali. Applikazzjonijiet manwali jistgħu jitniżżlu minn https://myexams.gov.mt jew jinkisbu mill-edu servizz.gov tal-Ministeru għall-Edukazzjoni jew mill-Fergħa tal-Eżamijiet (Ir-Rabat) fil-każ ta’ applikanti minn Għawdex. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi personalment mill-applikant fl-edu servizz.gov, fid-Dipartiment tal-Eżamijiet ( Id-Dipartiment tal-Eżamijiet preżentament jinsab fi proċess li jiċċaqlaq għal uffiċċji oħrajn. L-uffiċċji tagħna fil-Furjana se jkunu magħluqin. Sadanittant għal kull mistoqsija nistgħu niġu kkuntattjati fuq myexams@gov.mt jew bit-telefon fuq 153 ) jew fil-Fergħa tal-Eżamijiet (fir-Rabat, Għawdex) skont il-bżonn. L-applikanti għandhom ukoll jippreżentaw dokument uffiċjali ta’ identifikazzjoni.

Żieda u kanċellazzjonijiet ta’ suġġetti kif ukoll notifiki ta’ kunflitti huma possibbli, u jistgħu jsiru bl-użu tal-formoli relevanti fil-limitu taż-żmien stabbiliti mill-Bord tal-eżami rispettivi, li jiġu ppubblikati fuq https://myexams.gov.mt

4. Kemm irrid inħallas?

Għandha tiġi kkonsultata l-websajt tad-Dipartiment fuq https://myexams.gov.mt fir-rigward tal-ħlasijiet tal-eżami li jkunu applikabbli.

5. Nista’ napplika għall-arranġamenti addizzjonali?

Iva, jekk għandek xi kundizzjoni personali li tħoss li għandha tintitolak għal kwalunkwe arranġament addizzjonali speċjali, inti tista’ tapplika u tirċievi aktar gwida dwar dan. Kull talba għall-arranġamenti addizzjonali għandha ssir permezz tal-formola disponibbli fuq https://myexams.gov.mt u għandha tiġi sottomessa direttament lid-Dipartiment tal-Eżamijiet

6. X’se nkun qed nieħu minn dan is-servizz?

Permezz ta’ dan is-servizz, il-kandidati jingħataw l-opportunità li japplikaw għal Eżamijiet Barranin u Petty Examinations. Meta applikazzjoni tiġi sottomessa b’suċċess, l-applikanti jingħataw konferma ta’ dan u, fil-każ ta’ ħlas, jingħataw irċevuta.

7. Meta nirċievi t-timetable tal-eżami u r-riżultati tiegħi?

Dawn jiġu pprovduti mill-bord tal-eżami rispettiv jew mid-Dipartiment tal-Eżamijiet, skont l-eżami. Meta dawn jinħarġu mid-Dipartiment tal-Eżamijiet, aħna nfittxu li dejjem nipprovdu t-timetables tal-eżamijiet u r-riżultati lill-kandidati fl-iqsar żmien possibbli. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok iktbilna fuq myexams@gov.mt.

8. X’għandi nagħmel jekk ma nkunx sodisfatt bir-riżultat li ngħatajt?

Kandidati li għamlu eżamijiet tal-AQA jew tal-Edexcel u ma jkunux sodisfatti bir-riżultati, jistgħu japplikaw għal reviżjoni tal-karta skont ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Bordijiet rispettivi. Il-kandidati jistgħu japplikaw fid-Dipartiment tal-Eżamijiet f’Malta jew fil-Fergħa tal-Eżamijiet ta’ Għawdex. Jiġi applikat ħlas.

Is-Sezzjoni tal-MATSEC

Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss

1. X’inhuma l-eżamijiet tal-MATSEC?

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet huwa responsabbli għal-loġistika taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja kollha (SEC), eżamijiet fil-Livell Intermedju u dak Avvanzat li jsiru taħt l-awspiċi tal-Bord tal-MATSEC.

L-istudenti tas-Sena 11 (Form 5) huma l-maġġoranza tal-kandidati li joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC. L-istudenti li jtemmu kors ta’ studji fil-Junior College, Sixth Form jew fis-Sekondarji Ogħla huma l-maġġoranza tal-kandidati li joqogħdu għall-eżamijiet fil-Livell Intermedju u dak Avvanzat. Madankollu, l-eżamijiet kollha huma miftuħa wkoll għal studenti adulti, li jkun hemm numru sostanzjali minnhom li japplikaw kull sena.

2. Min jista’ japplika?

Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk li jixtiequ japplikaw għall-eżamijiet tas-SEC, eżamijiet tal-Livell Intermedju u Livell Avvanzat immexxija mill-Bord tal-MATSEC, inklużi kandidati adulti. Fil-każ tal-eżamijiet tas-SEC, il-kandidati għandhom ikunu temmew l-istudji tagħhom tas-Sena 11 (Form 5) sa Ġunju ta’ dik is-sena partikolari, jew għandhom ikunu għalqu s-16-il sena sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena partikolari.

3. Kif nista’ napplika?

Id-dettalji kollha huma disponibbli fuq www.servizz.gov.mt.
L-applikanti huma mħeġġa japplikaw onlajn permezz tal-Examinations Management System (EMS) disponibbli fuq: https://myexams.gov.mt.

Ta’ min jinnota li bħalissa l-EMS taċċetta biss kandidati li għandhom e-ID Maltija valida. Kandidati barranin li għandhom permess ta’ residenza huma wkoll intitolati għal e-ID Maltija u huma mħeġġa japplikaw onlajn. Kull applikant ieħor jeħtieġ jissottometti applikazzjoni b’mod manwali.

Applikazzjonijiet manwali jistgħu jinkisbu mill-edu servizz.gov tal-Ministeru għall-Edukazzjoni jew mill-Fergħa tal-Eżamijiet (Ir-Rabat) fil-każ ta’ applikanti minn Għawdex. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi personalment mill-applikant fl-edu servizz.gov, fid-Dipartiment tal-Eżamijiet ( Id-Dipartiment tal-Eżamijiet preżentament jinsab fi proċess li jiċċaqlaq għal uffiċċji oħrajn. L-uffiċċji tagħna fil-Furjana se jkunu magħluqin. Sadanittant għal kull mistoqsija nistgħu niġu kkuntattjati fuq myexams@gov.mt jew bit-telefon fuq 153 ), jew fil-Fergħa tal-Eżamijiet (fir-Rabat, Għawdex) skont il-bżonn. L-applikanti għandhom ukoll jippreżentaw dokument uffiċjali ta’ identifikazzjoni. Żieda u kanċellazzjonijiet ta’ suġġetti kif ukoll notifiki ta’ kunflitti huma possibbli, u jistgħu jsiru bl-użu tal-formoli relevanti fil-limitu taż-żmien stabbiliti mill-bord tal-MATSEC, li jkunu ppubblikati fuq https://myexams.gov.mt.

4. Kemm irrid inħallas?

L-eżamijiet huma bla ħlas, għalkemm ħlasijiet japplikaw għal applikazzjonijiet tard u għal talbiet ta’ reviżjoni tal-karta. L-iskeda tal-ħlasijiet tinsab fuq:
https://myexams.gov.mt/matsec-examinations.

5. Nista’ napplika għall-arranġamenti addizzjonali?

Iva, jekk għandek xi kundizzjoni personali li tħoss li għandha tintitolak għal kwalunkwe arranġament addizzjonali speċjali, inti tista’ tapplika u tirċievi aktar gwida dwar dan. Kull talba għall-arranġamenti addizzjonali għandha tintbagħat lill-MATSEC Support Unit. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit:  https://www.um.edu.mt/matsec/Access

6. X’se nkun qed nieħu minn dan is-servizz?

Permezz ta’ dan is-servizz il-kandidati jingħataw l-opportunità li japplikaw għal eżamijiet tas-SEC, Eżamijiet fil-Livell Intermedju u Avvanzat li jsiru taħt l-awspiċi tal-Bord tal-MATSEC. Meta applikazzjoni tiġi sottomessa b’suċċess, l-applikanti jingħataw konferma ta’ dan.

7. Meta nirċievi t-timetable tal-eżamijiet tiegħi?

Tinħareġ skeda ġenerali fuq il-websajt tal-MATSEC bejn Settembru u Ottubru. Aħna nfittxu li nipprovdu timetables individwalizzati lill-kandidati fl-iqsar żmien possibbli, u mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem ta’ xogħol qabel l-ewwel eżami orali. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok iktbilna fuq myexams@gov.mt

8. X’għandi nagħmel jekk ma nkunx sodisfatt bir-riżultat li ngħatajt?

Jekk ma tkunx sodisfatt bir-riżultat li ksibt, inti tista’ tapplika għal reviżjoni tal-karta fil-qafas ta’ żmien u l-proċeduri stabbiliti mill-MATSEC. Japplikaw xi ħlasijiet. Il-MATSEC tagħmel sessjoni ta’ eżamijiet f’Awissu-Settembru għal numru ta’ suġġetti tas-SEC, tal-Livell Intermedju u dak Avvanzat. F’dan il-każ jekk jogħġbok irreferi għall-websajt tal-MATSEC għal aktar informazzjoni u gwida. Is-sit tal-MATSEC huwa:  https://www.um.edu.mt/matsec.

ICDL għall-Istudenti tal-GEM 16+ u t-Tagħlim Tul il-Ħajja

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jikkoordina t-tmexxija tal-eżamijiet tal-ICDL għal studenti tal-GEM 16+ u dawk li jistudjaw il-moduli tal-ICDL permezz tat-tagħlim ta’ filgħaxija. It-taħriġ kollu, madankollu, huwa pprovdut mid-Direttorat għar- Riċerka, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabilita“` u l-Iskola Ġużè Ellul Mercer, rispettivament.

Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss

1. X’inhu s-servizz tal-ICDL ipprovdut għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u għall-Istudenti tal-GEM 16+?

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet huwa responsabbli għall-organizzazzjoni loġistika tat-testijiet tal-ICDL għal persuni li jsegwu kors tal-ICDL organizzat mid-Direttorat għar-Riċerka, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabilita` jew il-GEM16 +. Normalment, l-istudenti joqogħdu għat-testijiet tal-ICDL wara t-tmiem ta’ kull modulu.

2. Min jista’ japplika?

Dan is-servizz huwa maħsub għal studenti adulti u studenti oħra li jsegwu kors tal-ICDL organizzat mid-Direttorat responsabbli għat-Tagħlim Tul il-Ħajja jew mill-GEM16+.

3. Kif nista’ napplika?

L-applikazzjonijiet, flimkien mal-ħlas, għandhom jiġu sottomessi fl-edu servizz.gov.

Sadanittant għal kull mistoqsija nistgħu niġu kkuntattjati fuq myexams@gov.mt jew bit-telefon fuq 153, u m’għand l-għalliema/instructors matul il-klassijiet tat-Tagħlim Tul il-Ħajja u tal-GEM16+.

4. Xi ħlasijiet hemm?

Għal dan is-servizz hemm ħlasijiet kif jiġu stabbiliti u determinati minn mill-ICDL Malta.

5. Min jistgħa japplika għall-arranġamenti addizzjonali?

Kandidati għandhom jibgħatu imejl fuq myexams@gov.mt

Ċertifikati Proviżorji

Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss

1. X’inhu ċertifikat proviżorju?

Jinħareġ ċertifikat proviżorju meta s-slip tar-riżultat u/jew iċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami jintilfu jew ma jibqgħux disponibbli. Dan is-servizz ikopri diversi Bordijiet tal-Eżamijiet, jiġifieri London/Edexcel GCEs, Oxford GCEs, AEB (AQA), LCCI, RSA u City & Guilds.

Dan is-servizz ma japplikax għaċ-ċertifikati tal-MATSEC u f’tali każ tkun teħtieġ li tikkuntattja lill-MATSEC Support Unit fuq 2340 2814/2815/2816 jew inkella b’email fuq matsec@um.edu.mt.

2. Min jista’ japplika?

Kull individwu li jkun għamel l-eżamijiet tal-London/Oxford/AEB/LCCI/RSA/ City and Guilds u għandu bżonn kopja taċ-ċertifikati tiegħu/tagħha.

3. Kif nista’ napplika?

Id-dettalji kollha huma disponibbli fuq www.servizz.gov.mt

Kull kandidat għandu l-opportunità jara t-tqassim tal-marki miksuba f’kull modulu partikolari. Il-kandidati jistgħu jerġgħu jagħmlu l-eżami tal-istess modulu fis-sessjoni li jkun imiss.

Kull min jeħtieġ dan is-servizz jista’ japplika jew fl-edu servizz.gov tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, jew onlajn fuq: https://bit.ly/2DczcXI

Il-formoli tal-applikazzjoni li jitniżżlu mill-websajt għandhom jimtlew mill-applikant u jintbagħtu lilna bħala anness ma’ email fuq myexams@gov.mt.

L-applikanti għandhom jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom jew xi mezz uffiċjali ieħor ta’ identifikazzjoni. Is-slip tar-riżultati għandha wkoll tiġi ppreżentata, jekk din tkun disponibbli.

4. Kemm irrid inħallas?

Dan is-servizz huwa mingħajr ħlas.

5. X’se nkun qed nieħu minn dan is-servizz?

Iċ-ċertifikati jintbagħtu bil-posta jew jistgħu jinġabru personalment mid- Dipartiment tal-Eżamijiet skont it-talba tal-klijent.

Il-Fergħa tal-Eżamijiet ta’ Għawdex

Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss

1. X’servizzi jiġu offruti fil-Fergħa tal-Eżamijiet ta’ Għawdex?

Il-Fergħa tal-Eżamijiet ta’ Għawdex hija responsabbli għat-tmexxija tal-eżamijiet kollha (minbarra l-eżamijiet tal-iskola) f’Għawdex. Din il-fergħa tmexxi ċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Għawdex u tassisti wkoll f’ċerti servizzi li ma jistgħux jiġu provduti fiżikament mill-MATSEC.

2. Meta u f’liema ħin nista’ nżur il-Fergħa tal-Eżamijiet ta’ Għawdex?

Bejn l-1 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ġunju, il-Fergħa tal-Eżamijiet ta’ Għawdex hija miftuħa mit-08:00 sa 12:00, u mis-13:30 sal-16:00.

Bejn is-16 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru, il-Fergħa tal-Eżamijiet ta’ Għawdex hija miftuħa mit-08:00 sa 12:00.

3. Kif nista’ nikkuntattja l-Fergħa tal-Eżamijiet ta’ Għawdex?

Tista’ tmur jew tikkuntattja l-Fergħa tal- Eżamijiet ta’ Għawdex f’dan l-indirizz:

Iċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Għawdex,

Triq Fortunato Mizzi,

Ir-Rabat, Għawdex

Jew permezz tat-telefon fuq 2598 0060/0061/0064

4. Jekk jien ngħix Għawdex, fejn se nkun qed nagħmel l-eżamijiet?

Kull meta jkun possibbli, l-applikanti minn Għawdex jagħmlu l-eżamijiet tagħhom fiċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Għawdex. Iċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Għawdex jintuża wkoll bħala post li fih isiru l-eżamijiet tal-Università ta’ Malta. Iċ-Ċentru xi kultant jintuża wkoll għat-taħriġ tal-edukaturi f’Għawdex.

The upper hall of the Gozo Examinations Centre

The lower hall of the Gozo Examinations Centre