Reġistrazzjoni: 15/06/2026 – 03/07/2026
Kull meta jintilef ċertifikat, individwu li poġġa għal eżami f’Malta jew Għawdex jista’ jimla l-formola biex japplika għal Ċertifikat Proviżorju. Dan is-servizz japplika għall-bordijiet tal-eżamijiet li huma:
Iċ-Ċertifikat jiġi pprovdut mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fi żmien 5 ijiem tax-xogħol, hekk kif nirċievu l-informazzjoni meħtieġa u korretta.
Sabiex tapplika, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Applikazzjonijiet għas-sessjoni ta’ Ġunju 2026 jiġu aċċettati onlajn mit-Tnejn 15 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2026.
L-eżami tal-kitba ser isir:
| Data | Suġġett | Ħin |
| Is-Sibt, 25 ta’ Lulju 2026 | Profiċjenza | 09:00 |
L-applikazzjonijiet għall-eżamijiet ta’ Kwalifikazzjoni għal Learning Support Educators Supplimentari – Ġunju 2026 għalqu il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2026.
L-eżamijiet tal-kitba ser isiru:
| Data | Suġġett | Ħin |
| It-Tlieta, 23 ta’ Ġunju 2026 | il-Malti | 16:00 |
| L-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju 2026 | il-Lingwa Ingliża | 16:00 |
| Il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju 2026 | il-Matematika | 16:00 |
It-tielet sessjoni ta’ Eżamijiet ta’ Kwalifikazzjoni għal Learning Support Educators Supplimentari ser issir f’Novembru 2026, u l-applikazzjonijiet jiftħu f’Settembru.
Ir-Reġistratur tal-Eżamijiet u l-Bord tal-Eżamijiet Pubbliċi Lokali jgħarrfu li l-eżamijiet għall-ħruġ ta’ Awtorizzazzjoni ‘A’ u ‘B’ għas-sessjoni ta’ Lulju 2026 isiru kif miġjub hawn taħt:
Awtorizzazzjoni A
| Data | Karta | Ħin |
| It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju 2026 | Karta 1 | 09:00 |
| Il-Ħamis, 2 ta’ Lulju 2026 | Karta 2 | 09:00 |
Awtorizzazzjoni B
| Data | Karta | Ħin |
| L-Erbgħa, 1 ta’ Lulju 2026 | Karta 1 | 09:00 |
| Il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2026 | Karta 2 | 09:00 |
L-Eżami Prattiku u l-Intervista ser isiru bejn l-Erbgħa 9 ta’ Settembru 2026 u l-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2026.
L-applikazzjonijiet issa huma magħluqin, minħabba li l-perjodu ta’ reġistrazzjoni kien bejn it-Tnejn 11 ta’ Mejju 2026 u l-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2026.
Applikazzjonijiet li waslu tard ma jiġux ikkunsidrati.
Agħfas hawn biex tniżżel l-avviż mill-Gazzetta tal-Gvern.
Is-sessjoni li jmiss għall-eżamijiet tal-Awtorizzazzjoni A u B ser issir f’Jannar/Frar 2027, u l-applikazzjonijiet jiftħu f’Novembru 2026.
Għal aktar informazzjoni, ibgħatu email fuq myexams@gov.mt
L-applikazzjonijiet għall-eżamijiet għal Post ta’ Second Secretary fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ġew sottomessi fuq il-Portal tar-Reklutaġġ tal-Gvern fuq https://recruitment.gov.mt mill-Ġimgħa 17 ta’ April sat-Tnejn 4 ta’ Mejju 2026.
L-eżamijiet tal-kitba ser isiru:
| Data | Suġġett | Ħin |
| L-Erbgħa, 1 ta’ Lulju 2026 | l-Ingliż | 09:00 |
| Il-Ħamis, 2 ta’ Lulju 2026 | il-Malti | 09:00 |
Wara l-implimentazzjoni ta’ proċeduri riveduti u protokolli ta’ sigurtà msaħħa, id-Dipartiment tal-Eżamijiet jixtieq jinforma lill-kandidati prospettivi kollha li, minn Jannar 2026, mhux se jakkomoda każijiet fejn eżamijiet tal-Edexcel u Bordijiet Barranin ikunu skedati fl-istess ħin bħal eżamijiet tal-MATSEC.
Huwa rakkomandat li kandidati prospettivi jirreferu għall-iskedi uffiċjali rilevanti tal-eżamijiet, li jinsabu fuq https://myexams.gov.mt/mt/timetables/, qabel ma jirreġistraw.
Il-kandidati li poġġew għall-eżamijiet tal-AQA u tal-Edexcel fis-sessjoni ta’ Mejju/Ġunju 2026 ser jirċievu r-riżultati tagħhom bil-posta minn:
| Bord | Livell | Data |
| AQA | Avvanzat | il-Ħamis 13 ta’ Awwissu 2026 |
| Edexcel | IAL | il-Ħamis 13 ta’ Awwissu 2026 |
| Edexcel | IGCSE | il-Ħamis 20 ta’ Awwissu 2026 |
Ser ikun hemm sezzjoni tal-Eżamijiet tal-Edexcel b’numru ta suġġetti limitati fix-xhur ta’ Ottubru/Novembru 2026. Applikazzjonijiet għal din is-sezzjoni se jkunu miftuħin matul ir-raba’ ġimgħa ta’ Lulju 2026. Aktar dettalji u informazzjoni ser jitellgħu aktar ‘il quddiem.
Is-Sejħa għall-Espressjoni ta’ Interess biex jingħataw Servizzi ta’ Inviġilazzjoni fiċ-Ċentri tal-Eżamijiet f’Malta u/jew f’Għawdex hija preżentament magħluqa, u terġa’ tiftaħ fl-1 ta’ Ottubru 2026.
Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni li jiġu kkunsidrati biss l‑applikazzjonijiet sottomessi permezz tal‑formola uffiċjali fuq din il-websajt matul il‑perjodu tal-applikazzjonijiet.
Iddisinjat u żviluppat minn dna.studio