My Exams

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jagħmel parti mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR). L-uffiċini tad-Dipartiment jinsabu f’Pinto Business Centre, ġewwa Ħal Qormi u jikkonsisti f’tim ta’ ħamsa u għoxrin uffiċjal. Id-Dipartiment għandu wkoll iċ-Ċentru tal-Eżamijiet ġewwa r-Rabat, Għawdex.

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jamministra l-eżamijiet tal-MATSEC, eżamijiet ta’ bordijiet barranin, kif ukoll tal-Università. Id-Dipartiment huwa responsabbli wkoll għall-ippjanar, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Eżamijiet Lokali Pubbliċi fi ħdan is-Servizz Pubbliku.

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jaħdem mal-Bord tal-Eżamijiet Lokali Pubbliċi, li hu appuntat mill-Ministeru għal Edukazzjoni preżenti, għall-implimentazzjoni tal-Eżamijiet Lokali Pubbliċi kollha. Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Eżamijiet huwa r-Reġistratur tal-Eżamijiet Lokali Pubbliċi.

Il-pubbliku jista’ jindirizza l-mistoqsijiet tiegħu lid-Dipartiment tal-Eżamijiet permezz tal-ittra elettronika fuq myexams@gov.mt jew billi ċċempel fuq in-numru bla ħlas 153. Il-pubbliku jista’ jaċċessa wkoll is-servizzi pprovduti mid-Dipartiment tal-Eżamijiet permezz tal-Edu-Servizz One-Stop Shop u ċ-Ċentru tal-Eżamijiet f’Għawdex.

Viżjoni

Ikun Dipartiment distint li jimplimenta u jappoġġja t-tmexxija ta’ eżamijiet ta’ kwalità.

Missjoni


Jimplimenta eżamijiet validi, affidabbli u siguri għal skopijiet ta’ ċertifikazzjoni, ta’ għażla u ta’ liċenzjar

Valuri

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jikkondividi l-valuri etiċi tas-Servizz Pubbliku u għandu impenn serju lejn:

Dawn il-valuri jiggwidaw il-proċessi u s-servizzi kollha fi ħdan id-Dipartiment.

L-Istandards tas-Servizz lill-Klijenti

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jara li jkun:

Il-Funzjonijiet

Id-Dipartiment huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-:

Tim

Preżentament, it-tim tad-Dipartiment tal-Eżamijiet jikkonsisti f’ ħamsa u għoxrin membru. It-tim maniġerjali jinkludi d-Direttur u l-Assistent Direttur.

Struttura Organizzativa

Il-Bord tal-Eżamijiet Lokali

Il-Bord tal-Eżamijiet Lokali Pubbliċi huwa korp indipendenti taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) li jiżgura t-trasparenza u l-governanza tajba tal-Eżamijiet Lokali Pubbliċi kollha.

Il-Bord jikkonsisti minn Chairperson, Segretarju u erba’ membri maħtura mill-Ministru għall-MEYR. Id-Direttur tad-Dipartiment jaġixxi bħala r-Reġistratur tal-Bord. Ir-Reġistratur u s-Segretarju tal-Bord għandhom irwoli mhux eżekuttivi.

Id-Direttur tal-Eżamijiet

Sa Desiree Scicluna Bugeja għandha l-kariga ta’ Direttur fid-Dipartiment tal-Eżamijiet, wara li għamlet żmien qasir bħala Assistent Direttur fl-istess Dipartiment.

Fl-irwol preċedenti tagħha, Sa Scicluna Bugeja kienet Assistent Direttur fid-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar (DLAP) fejn kienet responsabbli għall-Edukazzjoni STEM. Sa Scicluna Bugeja għandha interess qawwi fl-assessjar u l-evalwazzjoni tal-edukazzjoni u spiss tagħti lekċers lill-edukaturi li qed jistudjaw għal-lawrja kif ukoll dawk li kisbu l-kwalifiki, dwar suġġetti relatati mal-kwalità u l-istandards fil-prattiki edukattivi. Apparti l-lawrja fl-edukazzjoni tal-għalliema, Sa Scicluna Bugeja kisbet ukoll diploma ta’ wara l-lawrja fl-Istudji taż-Żgħażagħ, kif ukoll Master’s fl-Evalwazzjoni u l-Assessjar fl-Edukazzjoni. Sa Scicluna Bugeja hija wkoll Analiżżatur Pari Esperta fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.

L-Assistent Direttur

Is-Sur Michael Deguara huwa l-Assistent Direttur fid-Dipartiment tal-Eżamijiet. Huwa beda jservi fid-Dipartiment fl-2016 wara li kellu diversi rwoli oħra fl-Amministrazzjoni Pubblika, inkluż fil-Ministeru responsabbli għas-Saħħa u dak responsabbli għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, fejn ħadem fil-qasam tar-riżorsi umani. Is-Sur Deguara huwa psikoterapista Gestalt u studja l-Antropoloġija fl-Università ta’ Malta u l-Università ta’ Cambridge, fejn kiseb M.Phil.