My Exams

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet huwa ċentru tal-eżamijiet rikonoxxut tal-Università ta’ Londra.

Kandidati li qed jistudjaw mal-Università ta’ Londra fil-livell ta’ Diploma/Degree/Masters, jistgħu jagħżlu li joqogħdu għall-eżamijiet tagħhom f’Malta jew f’Għawdex.

Il-kandidati għandhom iniżżlu l-formola tal-applikazzjoni għall-eżamijiet mill-portal għall-istudenti tal-Università ta’ Londra, jiffirmawha u japplikaw onlajn mad-Dipartiment tal-Eżamijiet matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni. Il-websajt hija https://edurecruitment.gov.mt/

Jiġi applikat ħlas lokali ta’ €25.60 għal kull sessjoni. Dan il-ħlas mhuwiex rimborżabbli u  jitħallas matul ir-reġistrazzjonijiet.

Ir-reġistrazzjonijiet huma mit-Tnejn 6 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 31 ta’ Jannar 2020.

Għal iktar tagħrif, ibgħat fuq myexams@gov.mt


 


Guideline on how to apply online
Attachment size: 570 KB