Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jagħmel parti mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR). L-uffiċċji tad-Dipartiment jinsabu f’Pinto Business Centre f’Ħal Qormi fejn preżentament iwettqu l-ħidma tagħhom tim ta’ sitta u għoxrin uffiċjal. Id-Dipartiment imexxi wkoll iċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Għawdex, fir-Rabat.
Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jamministra l-eżamijiet tal-Matsec kif ukoll l-eżamijiet ta’ entitajiet u Universitajiet barranin. Id-Dipartiment huwa wkoll responsabbli għall-ippjanar, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Eżamijiet Pubbliċi Lokali fi ħdan is-Servizz Pubbliku.
Aqra IktarDesigned and developed by dna.studio